Fil-kontroversja li tqum ta’ kull sena fis-sajf dwar l-immigrazzjoni rregolari, ħaġa waħda qed tispikka. Ir-referenzi għal xi regoli assoluti dwar l-imġiba soċjali u diplomatika ftit qed ikopru s-sitwazzjoni. Veru li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikollhom valur assolut – ejja ngħidu kważi-assolut – imma l-punt diffiċli jibqa’ kif se tissodisfahom f’qagħda li malajr tqanqal tensjonijiet u kriżijiet. Uħud mir-regoli użati fl-Ewropa biex jikkalibraw x’azzjoni għandha tittieħed mhumiex għall-kejl tas-sitwazzjonijiet li qed jinħolqu. Malta toffri eżempju ċar ta’ din id-dilemma.
Pereżempju, l-emfażi fuq il-multikulturaliżmu u l-integrazzjoni qed twassal ta’ spiss għal riżultati li huma l-maqlub ta’ dak li hu mħassel.
Wisq nibża’ li fl-aħħar mill-aħħar, ħafna mis-soluzzjonijiet li nisimgħu dwarhom huma mibnija fuq il-mudell neo-liberali tal-kummerċ ħieles fl-oqsma tal-prodotti u s-servizzi.
Bl-istess mod kif prodotti u servizzi ġejjin minn kullimkien “jgħixu” u “jikkompetu” flimkien fuq bażi ugwali f’suq, l-Ewropa qed tistenna li bnedmin ġejjin minn “kullimkien” għandhom isibuha possibbli li jgħixu fl-istess spazju.
Ħaġa bħal din tinjora l-fatt li l-bnedmin jgħixu fi spazju kulturali u simboliku tagħhom, differenti minn ta’ ħaddieħor, fatt li ma jistax jiġi injorat. Hu fatt li joħloq diffikultajiet kbar bejn bnedmin imdorrija biss bl-ispazju tagħhom.
Bnedmin u komunitajiet bi drawwiet, tradizzjonijiet u valuri differenti mhux lakemm taqbad u tpoġġihom flimkien qishom kienu xi prodotti skjerati għall-bejgħ fuq xkaffa tal-Lidl.
AWGURI
Xieraq li ngħid prosit u nawgura lil Norman Hamilton u lil Charles Muscat, issa li ġew konfermati fil-ħatra ta’ Kummissarju Għoli, tal-ewwel fir-Renju Unit u tat-tieni fl-Awstralja. It-tnejn huma kapaċi, mimlija inizjattiva u jħobbu ħafna mhux biss lil pajjiżna, imma l-pajjiż fejn se jirrapreżentawna u fejn jeżistu komunitajiet Maltin sostanzjali. Konvint li t-tnejn se jagħtu kontribut kbir biex inkomplu ntejbu r-relazzjonjiet ta’ ħbiberija ma’ Londra u Canberra. Ili nafhom bħala ħbieb u kollegi. Rajthom jaħdmu mill-qrib u naf xi jsarrfu.
KENN
Kien ilna s-snin nisimgħu kliem dwar il-ħtieġa li nipprovdu kenn mix-xemx liż-żwiemel tal-karozzini huma u jistennew li jaslu l-passiġġieri. Baqa’ ma sar xejn.
Fl-1997, konna bdejna nipprovdulhom dal-kenn, bħal fil-Pjazza ta’ San Ġorġ, il-Belt. Wara, il-gvern ta’ Fenech Adami żarma kollox.
Issa qed jinbnew ix-xelters (kelma Maltija!), meħtieġa. Din il-ħidma jixirqilha kull appoġġ, sakemm – kif qed jiġri – titmexxa b’rispett għall-ħteġijiet tal-abitanti u n-negozji fiż-żona fejn ipoġġu u jsuqu l-karozzini.
Indokrat u mmexxi skont normi moderni, mhux lanqas fil-qasam tal-iġjene pubblika, is-settur tal-karozzini għandu jitqies bħala element ċkejken imma siewi tal-ekonomija turistika tagħna. Bla ma ninsew inħarsu liż-żwiemel mill-moħqrija.
alfredsant.org
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Aww 09, 2013Nixtieq inżid mal-metafora tal-Lidl. Wara li jinfetaħ l-istabbiliment għax-xerrejja jinbet riefnu li jħalli konfużjoni kbira fuq l-ixkafef u l-pro
Irrispondianonimu
Aww 09, 2013U
Irrispondianonimu
Aww 09, 2013Ahna l-Maltin NIRRIFJUTAW li nint
Irrispondianonimu
Aww 09, 2013Ma nafx min jista' jitkellem f'isem il-Maltin? Allura dawk li huma favur l-integrazzjoni mhumiex Maltin? Bar
Irrispondianonimu
Aww 10, 2013Le charles miceli. Dawk tradituri ta' pajjizna u tal-poplu MAlti. Jekk iridu jintegraw maghhom imorru huma pajjuizhom mhux igibuhom hawn u jippretendu li nintegrawhom maghna. OVER OUR DEAD BODIES charles miceli
Irrispondianonimu
Aww 11, 2013hemm kwistjoni
Irrispondianonimu
Aww 19, 2013Il-problema ta' socjeta'
Irrispondi