Effiċjenza ta' sptar

  • Set 09, 2013 10:25
  • Miktub minn

    Waqt li għaddejja l-kontroversja dwar l-ineffiċjenzi fl-organizzazzjoni tas-saħħa publika, speċjalment fl-isptarijiet, nista’ nisma’ mill-ġdid leħen is-sur Silver, f’eku mill-imgħoddi. Kien konsulent Kanadiż mal-aġenzija ta’ konsulenza tal-gvern bejn l-1996 u 1998. Tlabnieh jgħin biex nirranġaw it-taħwida papali li l-gvern ta’ Fenech Adami ħalla warajh bil-bini tal-isptar Mater Dei, dak iż-żmien San Raffaele.

    Konna tlaqna biex indaħħlu ftit ordni f’dik il-balbuljat irresponsabbli. Ikkonvertejna l-proġett f’wieħed għal sptar ġenerali. Wara l-1998, il-gvern ta’ Fenech Adami reġa’ biddel kollox: fost affarijiet oħra naqqas in-numru ta’ sodod! Berbaq miljuni ta’ ewro fil-ħala. L-iżbalji li għamel kienu madornali.

    Forsi l-unika ħaġa li għamel sewwa kienet fil-għażla tat-tagħmir mediku; kont sejjaħtlu “state of the art” – għalkemm nissuspetta li ħallasna minn imneħirna għalih.

    Biss nibqa’ nisma f’eku, it-twissija li tani Silver fl-1997. M’għandix dubju li rrepetiha lill-gvern ta’ Fenech Adami, li ma tax kasha.

    “Tistgħu tibnu sptar ġdid u mill-aktar modern. Imma jekk se ddaħħlu fih l-istess sistemi ta’ tmexxija bħal ma hemm f’St Luke’s, l-ineffiċjenzi u t-taħwid se jkunu agħar minn tal-lum.”

    Silver kellu raġun.

    NIKOTINA

    Fil-Parlament Ewropew għaddej dibattitu sħiħ dwar l-abbozz ta’ direttiva ġdida dwar il-kummerċ tat-tabakk. Qamet kontroversja interessanti.

    Fl-aħħar snin, żviluppa ħafna n-negozju ta’ sigaretti finti magħmula minn bokkini ta’ bla tabakk, li għal min ipejjiphom, jikkonvertu n-nikotina fi fwar. Suppost inaqqsu ħafna mill-ħsara li n-nikotina fit-tabakk tikkawża lil min ipejjep.

    Biss, mhux kulħadd konvint li dan hu minnu. Hemm proposta biex il-bokkini jkunu jistgħu jinbiegħu mill-ispiżeriji.

    L-industrija li tipproduċi l-bokkini qed tirvella; fl-aħħar snin, il-bejgħ tagħha sploda; jekk ikollha tbiegħ mill-ispiżeriji, taqla’ daqqa. Il-produtturi tas-sigaretti ma jistgħux jidhru li huma favur restrizzjonijiet fuq il-bejgħ tan-nikotina, imma nimmaġina li xejn mhuma mnaffra bil-proposta. U l-ispiżjara lanqas ma naħseb li jiddejqu biha. Waqt li l-“lobby” tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa preventiva jinsab maqsum.

    Min għandu raġun f’dan kollu?

    NAXXAR

    Nhar l-Erbgħa filgħaxija bqajt skantat nara kif il-pjazza ta’ madwar il-knisja tan-Naxxar kienet imfawra bin-nies. Ma’ kullimkien dehret attività liema bħalha, u fuq imwejjed fi nħawi differenti tal-pjazza, ikel u xorb għaddej. Issa veru li l-festa tar-raħal kellha tiġi fi tmiem il-ġimgħa. Imma kif, sa minn nofsha l-ġimgħa, din il-konkorrenza kollha?

    Quddiem iċ-ċentru Laburista l-ikel kien tal-fenek. Tant kien hemm nies, u tant sħabi u jien iltqajna ma’ ħbieb antiki u oħrajn ġodda, li spiċċajna ma laħħaqniex platt għax kollox ittiekel. Talanqas gawdejna wkoll ir-riħa tal-ikel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Set 09, 2013

    Il-gvern ta' 96 fassal era ġdida ta' integritá, li zgur ha jservi l-pajjiz fit-tajjeb fis-snin li gejjin.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 09, 2013

    x'guh qed tqabbadni Dr. Sant, issemilix fniek please, ghax naghmel lejl nahseb fuq il-fniek u nilghaq xuftejja.Jista mhux jghidli nibda dieta t-tabib, ghax jekk ikolli fenek quddiemi anke l-platt niekol.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 10, 2013

    L-industrija tat-tabakk.. glieda xwabel sa l-ahhar nifs u min hu l-aqwa jhawwel..!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 10, 2013

    Is-serjeta li ppruvajt iddahhal fit-tmexxija int Dr Sant ta' min wiehed jibqa jsemmiha u jattwaha ghax b'hekk biss jista l-pajjiz jimxi l-quddiem...minghajr hela u tberbiq

    Irrispondi