Ir-regoli tad-diskussjoni

inewsmalta.com mhux biss hija waħda mill-iktar newsportals popolari f’pajjiżna iżda kontinwament tajna opportunità għad-diskussjoni. L-għan tagħna huwa li nibqgħu nagħmlu dan. Iżda rridu diskussjoni intelliġenti li twassal biex nifhmu u napprezzaw aħjar it-tema jew l-artiklu diskuss. Għaldaqstant fassalna ħames regoli li d-diskussjoni trid tkun imnebbħa minnhom.

  1. Responsabbiltà: Naċċettaw li wieħed juża nom de plume anke għaliex l-importanti l-kontentut tal-argument. Iżda kull min jikkummenta għandu jikteb imejl u numru ta’ kuntatt validu. Dawn jinżammu kunfidenzjali iżda huma mezz kif kulħadd jinżamm responsabbli ta’ dak li jikteb.
     
  2. Xejn attakki personali: Id-dibattitu u l-kritika lejn l-operat ta’ persuna huma fost l-iktar punti ewlenin fis-sezzjoni tal-kummenti. U hekk se jibqa’ jkun. Iżda jridu jkunu evitati kummenti ta’ tgħajjir personali. L-argument jista’ jsir xorta mingħajr ma jintużaw kliem bħal ‘pulċinell’, ‘żibel’ jew ‘korrott’ (sakemm m’hemmx provi li tista’ tagħtina).
     
  3. Aqra l-artiklu: Għandek kritika għall-artiklu tal-ġurnalisti tagħna? Iktibha. Il-kritika tintlaqa’ dejjem. Iżda ħu paċenzja u kun ċert li qabel tkun qrajt u fhimt l-artiklu tajjeb.
     
  4. Rispett: Għandek punt dwar l-immigrazzjoni? Taħseb li pajjiżna ma jiflaħx iżjed? Agħmlu u aħna nippubblikawh. Iżda dan irid isir f’rispett. Ir-razziżmu mhux tollerat. Mhix tollerata lanqas xenofobija jew diskors ta’ mibegħda.
     
  5. Ittawwalx: Itawwalx il-kumment tiegħek. Għid dak li għandek tgħid fil-qosor u b’mod ċar ħalli s-sezzjoni tal-kummenti tibqa’ waħda li tiġbed ħafna nies  u tkun mexxejja. Tinkludix links minn siti oħra fil-kumment tiegħek, għax il-kumment ikun awtomatikament skwalifikat.

Fi fti kliem, qegħdin nisħqu favur diskussjoni miftuħa (iktar minn ta’ oħrajn li għandhom fama jiċċensuraw) iżda matura u meqjusa. Jekk tifhem dan m’għandux ikun hemm problemi biex il-kumment tiegħek ikun ippubblikat.

 

Daniela Attard Bezzina / Editur

  •  

Facebook