€100 multa għal kull persuna fi gruppi ta’ aktar minn tlieta

Minister for Home Affairs, National Security and Law Enforcement Byron Camilleri addresses a press conference regarding new Covid-19 measures.

Minister for Home Affairs, National Security and Law Enforcement Byron Camilleri addresses a press conference regarding new Covid-19 measures.

Posted by The Malta Police Force on Monday, March 30, 2020

Inħossni rrabbjat nara numru ta’ persuni joħorġu barra daqslikieku kienet xi festa. Hekk beda biex jgħid il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-covid-19.
Se jkun qed jiġi ppubblikat avviż legali li jipprojbixxi gruppi ta’ persuni akbar minn tlieta. Minn erba’ persuni ’l fuq se jkun hemm multa ta’ €100 għal kull persuna. B’hekk grupp ta’ erba’ persuni se jkunu qed jeħlu €400 bejniethom, għaxra se jkunu qed jeħlu €1,000 bejniethom, etċ.
Rigward kjuwijiet għand tal-merċa, bus stop u neċessitajiet oħra, se jkun hemm l-obbligu li tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri. Camilleri żied jgħid li bħala Kabinett aktar kmieni ddeċieda li jkun limitat is-servizz tal-Wi-Fi mill-pjazez biex tkun ikkontrollata aħjar il-firxa tal-virus f’pajjiżna. 
Rigward ir-riżorsi tal-korp; Camilleri ħabbar li l-kavallerija kif ukoll is-sezzjoni tal-klieb se jkunu qed jitqassmu f’żoni rurali biex tinżamm l-ordni. Qal li ħafna qegħdin josservaw l-istruzzjonijiet u l-miżuri mħabbra, iżda jekk hemm żmien ta’ rikreazzjoni bħalma huma l-picnics, dan żgur li mhux il-waqt u jeħtieġ li nagħmlu sagrifiċċji.
Camilleri sostna li għalkemm jemmen se jkun hemm koperazzjoni mhux eskluż li dawn il-miżuri jiġu riveduti u jkun hemm pieni aktar ħorox minn dawn. Qal li qabel kienet forsi aċċettata li tpoġġi lilek innifsek f’periklu, iżda f’dan l-istadju, jekk se tkun qiegħed tpoġġi lilek innifsek f’riskju, se tkun qiegħed tpoġġi f’riskju l-ħajja ta’ ħaddieħor.
Huwa temm jgħid li għada Jum il-Ħelsien u missirijietna ngħataw dan ir-rikonoxximent wara li sofrew il-ġuħ, it-tbatija tal-gwerra u saħansitra mietu. Aħna qed nintalbu biss noqogħdu d-dar fuq is-sufan u għalhekk jekk m’aħniex kapaċi nżommu ma’ dawn l-istruzzjonijiet żgur li ma jixirqilniex nitqabblu ma’ dawn missirijietna.

Share With: