Minn għada jibdew jittellgħu l-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Se jiġu mxandra live fuq is-sit tal-Knisja

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja ħabbar li minn għada se jkunu qed jittellgħu l-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio, mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r-restrizzjonijiet kontra t-tixrid tal-coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.

L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta’ parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja. Dawn se jsiru l-Erbgħa, 1 ta’ April 2020. Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.

Il-polza ta’ parteċipazzjoni tal-bniet tal-ewwel sena pimarja se ssir nhar il-Ħamis, 2 ta’ April, u tibda fid-9:30am. L-iskeda bid-dati ta’ kull polza tinsab hawn taħt.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il-paġna tal-Iskejjel tal-Knisja li tinsab fuq www.knisja.mt.

Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista’ jibgħat email fuq admissions@maltadiocese.org jew iċempel fuq 7999 0224.

L-ISKEDA TAL-POLOZ Dati u ħin

Poloz

Sena

L-Erbgħa 1 ta’ April, 9:30am

Parteċipazzjoni

Form 1 Bniet

L-Erbgħa 1 ta’ April, 10:30am

Parteċipazzjoni

Form 1 Subien

Il-Ħamis 2 ta’ April, 9:30am

Parteċipazzjoni

Primarja 1 Bniet

L-Erbgħa 8 ta’ April, 9:30am

Għażla tal-Iskola

Form 1 Bniet

L-Erbgħa 8 ta’ April, 10:15am

Għażla tal-Iskola

Form 1 Subien

L-Erbgħa 15 ta’ April, 9:30am

Għażla tal-Iskola

Primarja 1 Bniet

Il-Ġimgħa 17 ta’ April, 9:30am

Parteċipazzjoni

Primarja 1 Subien

L-Erbgħa 22 ta’ April, 9:30am

Għażla tal-Iskola

Primarja 1 Subien

L-Erbgħa 22 ta’ April, 11:00am

Parteċipazzjoni

Kinder 2 Bniet

It-Tlieta 28 ta’ April, 9:30am

Għażla tal-Iskola

Kinder 2 Bniet

It-Tlieta 28 ta’ April, 11:15am

Għażla tal-Iskola

Kinder 2 Subien

L-Erbgħa 6 ta’ Mejju, 9:30am

Għażla tal-Iskola

Kinder 1 Subien

L-Erbgħa 6 ta’ Mejju, 12:00pm

Għażla tal-Iskola

Kinder 1 Bniet

Share With: