ĦAMES KAŻIJIET ĠODDA TA’ CORONAVIRUS

Covid-19 – Press Briefing 30-3-2020

Covid-19 – Press Briefing 30-3-2020

Posted by Covid19 Malta on Monday, March 30, 2020

Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa saru 637 swab tests u minn dawn kien hemm ħames persuni li rriżultaw pożittivi. Spjegat li t-testijiet qed isiru fuq persuni li jersqu bis-sintomi u oħrajn li jkunu bla sintomi. Gauci qalet li minkejja li l-każijiet jisgħu jidhru ftit nistennew li dawn jiżdiedu. Dawn l-aħħar każijiet jinsabu f’sitwazzjoni stabbli u jinqasmu fi tnejn. Tliet każi impurtati u żewġ każi ta’ trasmissjoni lokali.
Raġel ta’ 30 sena li ġie mill-Messiku fid-19 ta’ Marzu. Fl-istess ġurnata hu beda jħoss is-sintomi. Fortunatament hu kien fi kwarantina u għalhekk għandna każ li huwa kkontrollat. Qed isir contact tracing minħabba li beda bis-sintomi fl-istess ġurnata tal-wasla tiegħu.
Mara Maltija ta’ 64 sena li ġiet lura mill-Ingilterra fil-15 ta’ Marżu u fl-24 ta’ Marzu ma bdietx ixomm u għamlet kuntatt mal-awtoritajiet tas-saħħa. Dawn huwa wkoll każ ikkontrollat għax il-mara osservat il-kwarantina.
Raġel Malti ta’ 30 sena li ġie mill-Ingilterra fl-10 ta’ Marzu u beda bis-sintomi jumejn wara. Dan mar għax-xogħol minħabba li l-kwarantina kien għadha mhix obbligatorja.
Maltija ta’ 35 sena li la kienet imsiefra u lanqas taf li kellha kuntatt ma’ persuni li kienu pożittivi. Hi bdiet bis-sintomi fis-27 ta’ Marzu. Xi membri tal-familja qed isirulhom it-testijiet minħabba li qed juru xi sintomi.
Mara Maltija ta’ 44 sena li fit-22 ta’ Marzu bdiet tilmenta li ma kinitx qiegħda ttiehem. Għaddejja ħidma ta’ contact tracing għax din kienet fuq il-post tax-xogħol.

Share With: