Il-Kunsill tal-Mellieħa jwaqqaf il-ħruġ tal-permessi għal kampeġġi u BBQs

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa waqqaf il-ħruġ kollha għal kampeġġ u BBQs. Qal dan is-Sindku tal-lokalità, Dario Vella, li qal li din il-miżura se tkun qed tittieħed minħabba s-sitwazzjoni preżenti relatata mal-coronavirus.

Vella żied jgħid li l-ħruġ tal-permess se jitwaqqaf sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Huwa żied iħeġġeġ lill-pubbliku biex dejjem jimxu mad-direttivi li jagħtu l-awtoritajiet.

Share With: