13-il każ ġdid ta’ coronavirus

Tmienja mill-każi huma ta’ trasmissjoni lokali

Matul l-aħħar sigħat kienu konfermati 13-il każ ġdid ta’ persuni infettati bil-virus Covid-19. Dan wassal biex issa l-każi jammontaw għal 169 każ.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li tmienja minn dawk il-każi kienu ta’ trasmissjoni lokali filwaqt li ħames każijiet kienu relatati ma’ safar.

S’issa saru 6934 swab.

Matul l-aħħar sigħat kienu konfermati 13-il każ ġdid ta’ persuni infettati bil-virus Covid-19. Dan wassal biex issa l-każi jammontaw għal 169 każ.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li tmienja minn dawk il-każi kienu ta’ trasmissjoni lokali filwaqt li ħames każijiet kienu relatati ma’ safar.

S’issa saru 6934 swab.

Intant il-Prof. Gauci qalet li l-kundizzjoni medika tat-13-il każ hija waħda tajba. Fl-istess waqt qalet li mill-każijiet kollha s’issa li ġew reġistrati żewġ pazjenti qed jinżammi fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, b’wieħed minnhom jagħmel użu minn ventilator.

Ħamsa mill-każijiet li ġew reġistrati f’dawn l-aħħar 24 siegħa huma konnessi ma’ pazjent ieħor li diġà kien ireġistra pożittiv għall-coronavius u li kien mar ix-xogħol waqt li kellu sintomi tal-virus. Tlieta mill-kollegi tiegħu rriżultaw pożittiv, b’żewġ persuni oħrajn qraba tagħhom ukoll jirriżultaw pożitivi.

Il-pazjenti huma erba’ nisa ta’ 25, 26, 43, u 27 sena, u raġel ta’ 41 sena.

Mill-każi l-ġodda, tnejn huma l-ġenituri ta’ każ preċedenti li wkoll kien irriżulta pożittiv għall-virus. Iż-żewġ persuni inkwistjoni huma anzjani u għandhom ’il fuq minn 70 sena.

Każ ieħor jikkonċerna lil tifla ta’ tmien snin, bint wieħed mill-każijiet diġà reġistrati.

Intant b’referenza għal każijiet importati, il-Prof. Gauci qalet li tnejn huma aħwa, irġiel ta’ nazzjonalità Brittanika ta’ 18 u 21 sena, li għandhom qraba f’Malta. Huma kienu marru fi kwarantina meta rritornaw Malta.

Żewġ każi oħrajn jikkonċernaw lil żewġ irġiel oħrajn ta’ 21 u 24 sena ukoll relatati ma’ każ magħruf. Wieħed mill-irġiel kellu sintomi ħfief jum wara li ritorna lura Malta u l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu proċess ta’ contact tracing.

Każ ieħor huwa dal ta’ mara ta; 48 sena li rritornat mill-Marokk. Hija kienet imsiefra ma’ persuna oħra li diġà kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu contact tracing ma’ persuni oħrajn li kienu msefrin fl-istess grupp.

Share With: