L-attakkant ta’ Sampdoria, Manolo Gabbiadini, aċċerta lill-partitarji tal-club li qed jirkupra bil-mod wara li ġie infettat bil-Coronavirus ftit tal-jiem ilu. Hu qal li wara jiem ta’ qtigħ il-qalb, issa qed “jara d-dawl” u qed jibda jitħarreġ mill-kumditá ta’ daru fejn qed jiffoka fuq eżerċizzji fiżiċi.

Sampdoria sar it-tieni club fl-Italja li ġie milqut ħażin mill-Covid-19 minħabba li diversi players irriżultaw pożittivi wara testijiet li sarulhom.

Gabbiadini biddel id-diskors fejn tkellem dwar l-istaġun tal-Blucerchiati u kemm il-coach, Claudio Ranieri, biddel l-atmosfera tat-team u nissel mentalitá aktar pożittiva.

Huwa temm jgħid li jixtieq li l-kampjonat ikompli għaddej għalkemm kollox jiddependi kemm din il-pandemija se ddum.

Share With: