130 uffiċjal korrettiv jingħaqdu mill-ġdid mal-għeżież tagħhom wara ġimgħa lockdown f’Kordin

Jiġu mibdulin aktar kmieni dalgħodu minn grupp ieħor ta’ uffiċjali korrettivi

Aktar kmieni dalgħodu grupp ieħor ta’ uffiċjali korrettivi bidlu lill-130 uffiċjal li ġimgħa ilu nqaflu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bil-għan li ma jipprevjenu l-firxa tal-Covid-19 fil-ħabs. B’hekk issa dawn l-uffiċjali se jkunu jistgħu jingħaqdu mill-ġdid mal-familji tagħhom wara jiem sħaħ f’lockdown.

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi f’kumment li kienet ippubblikat fuq il-midja soċjali kienet qalet li wieħed għandu jammira l-kuraġġ tal-uffiċjali korrettivi li flimkien ma’ numru ta’ professjonisti qagħdu ’l bogħod mill-għeżież taghom biex jagħtu s-servizz tagħhom kif mitlub bħala forza tad-dixxiplina.

Share With: