Ir-Reġina Eliżabetta se tagħmel indirizz speċjali lin-nazzjon

684 persuna jmutu fl-aħħar 24 siegħa fir-Renju Unit

Ir-Reġina Eliżabetta mistennija tindirizza lill-poplu Ingliż fejn f’messaġġ irrekordjat se titkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija marbuta mal-coronavirus. Minkejja li r-Reġina tirreġistra messaġġi annwali tal-Milied, indirizzi oħra bħal dawn huma rari u speċjali tant li kienu biss tliet okkażjonijiet oħra meta hija xandret diskorsi fi żminijiet inkwetanti. L-indirizz tar-Reġina se jixxandar fuq it-TV, ir-radju u l-midja soċjali.

Dan hekk kif in-numru ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fir-Renju Unit żdied bi 694 f’24 siegħa. Id-Dipartiment tas-Saħħa qal li sat-2 ta’ April, in-numru totali ta’ mwiet huwa ta’ 3,605 u hemm 38,168 każ ikkonfermat.

Fl-Iskozja, in-numru ta’ mwiet żdied b’46, filwaqt li f’Wales 24 persuna oħra mietu. 

Intant, il-Prinċep Charles deher fil-pubbliku għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa wara li kien infettat bil-coronavirus u wara li qatta’ sebat ijiem f’awto-iżolament.

Share With: