18-il xahar ħabs wara li jammetti li kellu 80 gramma kannabis

Somalu ta’ 30 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu madwar 80 gramma kannabis.

Mohamed Hussein Abdi, li jgħix San Ġiljan, kien wieħed minn diversi persuni li l-Pulizija arrestat nhar il-Ġimgħa waqt rejd f’postijiet pubbliċi fl-istess lokalita.

Minbarra d-droga l-Pulizja sabitu wkoll miżien elettroniku u xi pakketti vojta lesti għat-traffikar.

Abdi kien mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li kellu fil-pussess tiegħu il-kannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kinietx għall-użu esklussiv tiegħu kif ukoll li kiser sentenzi tal-Qrati ta’ Malta.

Huwa tressaq fil-Qorti mill-Ispettur Joseph Xerri waqt li kellu jiddefendih lill-Avukat Mark Mifsud Cutajar.

Share With: