27 persuna mmultati €100 kull wieħed

Ħadd ma jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja

27 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fis-738 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Share With: