38 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed

Sid ta’ Snack bar f’San Pawl immultat €3,000 wara li nqabad iservi l-klijenti

38 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-517-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. Filwaqt li għada hija festa pubblika, l-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Intant Snack bar f’San Pawl il-Baħar inqabad miftuħ iservi klijenti u ġie mmultat €3000 talli kiser ir-regolament li ma jżommx il-bibien magħluqa biex titrażżan il-firxa tal-imxija tal-Covid-19. B’kollox issa saru 1,950 spezzjoni fil-gżejjer Maltin.

Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq in-numru 2169 2447

Share With: