62 immigrant bejn sema u ilma … Organizzazzjoni umanitarja tappella għas-salvataġġ b’mod immedjat

62 persuna jinsabu bejn sema u ilma jistennew li jiġu salvati. Fost dawn il-persuni hemm 13-il mara u sitt itfal. Ħabbret dan ftit tal-ħin ilu l-organizzazzjoni umanitarja Alarm Phone hekk kif appellat biex dawn ma jitħallewx jerqu “bħalma ġara bi grupp ta’ immigranti ieħor ġimagħtejn ilu”.

L-organizzazzjoni fl-aħħar minuti qalet li rnexxielha tagħmel kuntatt mal-immigranti li kellhom lejl iebes u li esperjenzaw ukoll biża’ meta l-ilma baħar beda dieħel fid-dgħajsa li qegħdin fuqha.

L-Alarm Phone tenniet tgħid li jeħtieġ li dawn jiġu salvati immedjatament minn din is-sitwazzjoni.

Share With: