Adrien Rabiot id-disa’ player ta’ Juventus li rritorna f’pajjiżu

Il-midfielder Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, irritorna f’pajjiżu għall-kumplament tal-lockdown fl-Italja. Dan meta t-taħriġ mhux permess sa mill-inqas it-13 ta’ April waqt li s-Serie A mhux se tkompli qabel is-sajf.

Għaldaqstant Rabiot ingħata permess li jmur fir-Riviera Franċiża fejn se jkun iżolat sakemm Juventus jerġgħu jibdew it-taħriġ.

B’hekk huwa sar id-disa’ player tal-Bianconeri li rritorna f’pajjiżu wara Cristiano Ronaldo, Alex Sandro, Danilo, Douglas Costa, Gonzalo Higuain, Miralem Pjanic, Sami Khedira u Wojciech Szczesny.

Share With: