AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur imut fuq il-post wara inċident ikrah fil-bypass tal-Imrieħel

Raġel ta’ 38 sena, sfortunatament tilef ħajtu wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fil-bypass tal-Imrieħel, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Suzuki GSX misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti San Ġwann u vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema.

Ir-raġel sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Share With: