Albin Ekdal jitkellem dwar dak li għadda minnu bil-Covid-19

Il-midfielder ta’ Sampdoria Albin Ekdal kiteb messaġġ pjuttost twil fuq il-kont personali tiegħu ta’ Twitter fejn ammetta li xejn ma sabha faċli jagħmel xahar sħiħ id-dar minħabba li nstab pożittiv għall-Coronavirus. Il-player ta’ 30 sena ammetta li din kienet ġrajja li se jibqa’ jiftakarha matul ħajtu kollha fejn il-ġranet bdew jarahom “sekli” apparti li nkwieta mhux ftit b’dak li ġralu.

Ekdal qal li qatta’ erba’ ġimgħat sħaħ jaqra l-kotba, jilgħab bil-playstation, jara xi films u jorqod ftit aktar mis-soltu.

Il-player Svediż sostna li ħass sodisfazzjon kbir meta ftit tal-ġimgħat ilu sar missier u rringrazzja lill-partner tiegħu tal-għajnuna li tatu f’dan iż-żmien tant diffiċli għalih.

Finalment Ekdal qal li jinsab ferm għal qalbu fil-belt ta’ Genova u jimmaġina futur ma’ Sampdoria.

Share With: