Alessio Romagnolo fir-radar ta’ Lazio

Lazio qed iħarsu b’interess lejn l-akkwist tal-captain ta’ AC Milan, Alessio Romagnoli. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u jilgħab fil-qalba tad-difiża.

Il-coach ta’ Lazio, Simone Inzaghi, informa lid-direttur sportiv Igli Tare sabiex jibda negozjati mal-aġent ta’ Romagnoli sabiex jippruvaw jakkwistaw fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

L-ex player ta’ Roma u Sampdoria qatt ma ħeba s-simpatija tiegħu lejni il-club mill-belt kapitali Taljana u ma tkunx ħaġa kbira li jingħaqad magħhom.

Għalkemm in-negozjati għadhom fi stadju ferm bikri, Lazio qed jirsistu sabiex ikollhom skwadra ta’ kwalitá hekk kif huma kważi ċerti li se jkunu qed jikkompetu fil-UEFA Champions League matul l-istaġun li ġej.

Share With: