Analizzati bosta proposti mill-Kumitat għad-Djalogu Soċjali tal-MFA

Il-membri tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali iltaqgħu mill-ġdid permezz ta’ video conference biex jitkomplew id-diskussjonijiet u jiġu ndirizzaw aktar l-isfidi bla preċedent li nħolqu mill-pandemija Covid-19.

Fil-laqgħa, il-partijiet kollha rrikonoxxew id-diversità mhux biss bejn il-kategoriji differenti iżda wkoll fid-diviżjonijiet rispettivi fejn il-clubs għandhom realtajiet differenti, anke f’termini tal-kundizzjonijiet varji miftiehma mal-players individwali.

Matul din id-diskussjoni, il-membri tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali analizzaw il-proposti varji li ġew ippreżentati s’issa. 

Huwa importanti li wieħed jinnota li kull proposta hija maħsuba biex tiggarantixxi sett ta‘ kundizzjonijiet minimi filwaqt li tagħti l-libertà lill-clubs u lill-players biex jintlaħaq ftehim dwar kundizzjonijiet aħjar.

Il-partijiet kollha wiegħdu li jippromwovu u jappoġġaw l-isforzi mwettqa fuq bażi individwali skond ftehim ta‘ benefiċċju reċiproku.

Il-Kumitat għad-Djalogu Soċjali huwa forum immexxi mill-Malta Football Association u jiġbor flimkien rappreżentanti ta’ clubs, players u coaches, biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess, inkluż l-istatus u t-trasferiment tal-players u l-impjieg.

Share With: