Andrea Agnelli jitlob lil Gianluig Buffon jibqa’ sena oħra

Il-president ta’ Juventus Andrea Agnelli allegatament staqsa lill-goalkeeper veteran ta’ Juventus, Gianluigi Buffon, jibqa’ għal ftit żmien ieħor jilgħab fl-Allianz Stadium. Dan tal-aħħar għandu 42 sena u rritorna f’Turin fil-bidu tal-istaġun li għadda wara perjodu ta’ sena ma’ Paris St Germain.

Fl-istaġun li ġej, Buffon se jkun qed jilgħab is-26 staġun konsekuttiv tiegħu bħala goalkeeper professjonali u se jkompli jikser ir-rekord u jitbiegħed minn players oħra leġġendarji bħal Paolo Maldini ta’ AC Milan u Francesco Totti ta’ AS Roma li wkoll damu jilbsu l-flokk tat-team tagħhom għal ħafna żmien.

“Nixtiequk tkun parti mill-proġett tagħna,” qal Agnelli filwaqt li Buffon irrisponda billi qal li jinsab kuntent u kburi li se jkompli jgħasses il-lasti Bianconeri.

Share With: