Antonio Candreva: L-aqwa Scudetto min jirbaħ lil Covid-19

Il-winger lemini ta’ Inter, Antonio Candreva, żvela li jinsab ferm inkwetat għall-familja tiegħu f’dan il-perjodu diffiċli fejn il-Covid-19 ġab lill-Italja prattikament għarkupptejha.

Bħalissa l-player ta’ 33 sena qed jgħix fil-belt ta’ Milan mas-sieħba tiegħu u qed iħoss in-nuqqas tal-familja tiegħu li tinsab fil-belt kapitali Taljana Ruma.

Candreva qal li lanqas qatt ma ħaseb li din il-marda kienet se tinfirex daqshekk madwar id-dinja partikolarment f’pajjiżu fejn l-awtoritajiet konċernati mhux qed jirnexxielhom ilaħħqu mal-vittmi u l-persuni mejta. Hu rringrazzja lit-tobba u l-infermiera li qed jikkumbattu ma’ din il-marda u qed jagħtu servizzi eċċellenti.

Finalment Candreva qal li l-Iscudetto l-veru jintrebaħ minn dawn il-persuni li qed jissieltu bis-sħiħ kontra t-tixrid ta’ dan il-virus.

Share With: