Antonio Conte għaddej bla heda minkejja l-waqfa

Il-coach ta’ Inter Antonio Conte mhux qed jitlef żmien u baqa’ jaħdem minkejja li jinsab f’iżolament minħabba l-Covid-19. Flimkien ma’ ħuh Gianluca, il-coach ta’ Inter kellu ċ-ċans jara l-logħbiet kollha tat-team li lagħab matul dan l-istaġun u filwaqt li ħa n-noti kollha neċessarji lest biex jara kif jista’ jtejjeb il-wirjiet tiegħu b’mod partikolari fl-aħħar ħarġa tagħhom li kellhom fil-bidu ta’ Marzu kontra Juventus li tilfu bl-iskor ta’ 2-0.

Fuq kollox, Conte għandu f’moħħu li jtejjeb il-wirjiet tal-aħħar akkwist tagħhom Christian Eriksen li s’issa ftit li xejn issetilja fl-ambjent Taljan.

Share With: