ARA: Andrei Agius b’messaġġ ta’ kuraġġ għaż-żagħżugħ li ttajjar fil-limiti ta’ Ħad-Dingli

Andrei Agius, Captain tat-tim Nazzjonali Malti kif ukoll tat-tim ta’ Hibernians għamel messaġġ ta’ kuraġġ liż-żagħżugħ Matteo Grima li fl-aħħar jiem ttajjar fil-limiti ta’ Ħad-Dingli.

Agius rringrazzja liż-żagħżugħ li meta kien hemm mumenti diffiċli baqa’ juri s-sapport tiegħu. Agius qabbel il-ħajja ma’ logħba futbol u qallu li bħalma kwalunkwe tim juri l-kapaċitajiet tiegħu meta jkun minn taħt u jdawwar il-logħba, jemmen li ż-żagħżugħ se joħroġ b’saħħtu minn dan l-inċident u jirritorna lejn il-grawnd li tant kien iħobb; kemm biex isegwi kif ukoll biex jilgħab il-logħba tal-futbol.

Flimkien ma’ Agius ingħaqdu bosta ħbieb taż-żagħżugħ li kitbulu messaġġi ta’ kuraġġ u reġgħu fakkru mumenti mill-isbaħ li kellhom flimkien b’mod speċjali fil-logħba tal-futbol li ż-żagħżugħ beda ma’ Mtarfa FC.

Aqra wkoll:

Fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar minn karozza fir-Rabat
Share With: