ARA: Jidher li ħadd ma weġġa’ fil-kommossjoni; Iżidu fl-għajjat biex jinħelsu hekk kif jaraw il-midja

Immigranti jixxabbtu mat-twieqi fost għajjat kbir

“Freedom. Freedom.” Dan huwa l-għajjat li beda jinstema’ minn barra ċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Far hekk Inewsmalta tinsab informata li l-immigranti qed jipprotestaw biex jingħataw il-ħelsien. Intant ninsabu informati wkoll li jidher li ħadd ma weġġa’ f’din il-kommossjoni.

Filmat miġbud mill-fotografu tagħna jaqbad l-għajjat kbir u l-kommossjoni li kien hemm fil-barracks ftit tal-ħin ilu. Hekk kif l-immigranti ndunaw bil-preżenza tal-midja barra miċ-ċentru ta’ detenzjoni, huma bdew iżidu fl-għajjat tagħhom biex jitolbu l-ħelsien.

Mal-ħin in-numru ta’ ambulanzi fuq il-post komplew jiżdiedu, biex issa hemm b’kollox tliet timijiet mediċi fil-barracks tas-suldati.

Iċ-ċentru ta’ detenzjoni fil-barracks tas-suldati f’Ħal Far

Jidher li l-kommossjoni bdiet madwar għall-ħabta tas-1.30 p.m.. Tajjeb li jingħad li l-inċident seħħ fiċ-ċentru ta’ detenzjoni fil-barracks tas-suldati f’Ħal Far.

Preżenti wkoll hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.

F’dan iċ-ċentru ta’ detenzjoni ma kinux reġistrati każi ta’ immigranti infettati bil-Covid-19.

Share With: