ARA: Numru ta’ bikers jinġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Alex Borg “iċ-Ċoqqos”

Bosta kienu dawk is-sewwieqa tal-muturi, u ħbieb, li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Alex Borg, magħruf bħala “ċ-Ċoqqos”.

Posted by Shawn John Bugeja on Thursday, 16 April 2020

Borg, ta’ 38 sena, miet traġikament nhar il-Ħadd li għadda f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel. Fl-inċident kienet involuta wkoll vetura tat-tip Toyota Aygo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema.

Intant aktar kmieni llum spikka l-korteo ta’ numru kbir ta’ bikers li nġabru biex ifakkru l-memora ta’ Borg.

Share With: