ARA: Peppi Azzopardi jgħid li bagħat ittra lill-PM biex hu u familji oħra jilqgħu l-immigranti fi djarhom

Il-preżentatur Peppi Azzopardi qal li kiteb lill-Prim Ministru biex hu u familji oħrajn ikunu jistgħu jilqgħu immigranti.

Azzopardi appella lill-poplu biex iċemplulu jew jibagħtulu email jew messaġġ privat fuq Facebook biex dawn il-familji ma jitħallewx bejn sema u ilma.

Huwa spjega li wara li d-dipartiment tas-Saħħa jiċċertifika li huma b’saħħithom, jibqgħu hawn u nitgħallmu minn xulxin f’din l-opportunità li qatt ma kellna qabel fi stat ta’ kwarantina.

Azzopardi qal li hu diġà tkellem dwar dan mal-familja tiegħu u diġà hemm familji li għamlu kuntatt miegħu u qalulu li jixtiequ jgħinu lil dawn l-immigranti.

Share With: