[ARA] Tiġi fi tmiemha l-operazzjoni biex koppja anzjana abbord il-cruiseliner Colombus jinġiebu lura Malta

Dgħajsa mibgħuta għal tal-apposta minn Transport Malta ltaqgħet mal-cruiseliner madwar 20 mil ’il barra mill-kosta Maltija.

Aktar kmieni llum ġiet fi tmiemha l-operazzoni li permezz tagħha l-koppja anzjana li kienet abbord cruiseliner fi triqtu lejn ir-Renju Unit se tkun qed tinġieb lura Malta.

Joseph Mercieca u s-sieħba tiegħu Marthese Bonello, li għandhom fuq is-70 sena, kienu jinsabu abbord il-cruiseliner Colombus, u nhar il-Ġimgħa li għadda kienu għamlu appell biex jinġiebu lura Malta hekk kif qalu li kienu se jkunu f’riskju għal saħħithom jekk ikunu sfurzati jibqgħu abbord il-bastiment sakemm eventwalment jaslu r-Renju Unit.

Dgħajsa mibgħuta għal tal-apposta minn Transport Malta ltaqgħet mal-cruiseliner madwar 20 mil ’il barra mill-kosta Maltija.

Il-ħaddiema u l-baħrin kollha involuti fl-operazzjoi kienu lebsin ilbies protettiv bħala prekawzjoni.

Share With: