Arkadiusz Milik se jitlaq lil Napoli

L-attakkant Pollakk Arkadiusz Milik u Napoli huma viċin li jisseparaw minn ma’ xulxin. L-iskorer prolifiku Pollakk naqas li jilħaq ftehim mad-diriġenti Partenopei, b’dawn tal-aħħar jinsabu rassenjati li jitilfu s-servizzi tiegħu.

Sadanittant minn Spanja ħarġet l-aħbar li Atletico Madrid jistgħu jakkwistaw lil dan il-player minħabba li qed ifittxu player li jieħu rwol importanti fid-dipartiment offensiv tat-team.

Napoli iffissaw prezz ta’ €40 miljun għalih b’Atletico Madrid li jridu jiffaċċjaw l-isfida ta’ Milan li wkoll jinsabu interessati fih.

Share With: