Arrestat wara li rreklama raġel Afrikan għall-bejgħ fuq Facebook

Il-forzi tas-sigurtà tal-Lebanon arrestaw raġel li allegatament poġġa lil ħaddiem Niġerjan “għall-bejgħ” fuq paġna popolari ta’ facebook li tintuża minn min ikun irid ibigħ a arijiet ta’ kuljum bħala għamara, ikel u żraben.

L-akkużat kiteb “ħaddiem domestiku ta’ nazzjonalità Afrikana (Niġerjan) jinsab għall-bejgħ b’residenza ġdida u d-dokumenti kollha legali”. Din ittellgħet minn xi ħadd bil-profil Wael Jerro fuq paġna bl-isem Ixtri u Bigħ fil-Lebanon.

Is-suspettat ġie arrestat mill-forzi tal-Libanu u bdiet għaddejja investigazzjoni dwar dan il-każ. L-awtoritajiet wissew li xi ħaġa bħal din tmur kontra l-liġijiet ta’ kontra t-traffikar uman.

Dan il-każ qajjem rabja fost l-awtoritajiet Niġerjani fejn dawn saħqu li għandha issir investigazzjoni estensiva.

Share With: