Aurelio De Laurentis itenni l-fiduċja f’Gennaro Gattuso

Il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis qed jippjana l-futur tal-club tiegħu u fil-lista ta’ dawn ix-xewqat hemm il-coach attwali Gennaro Gattuso li bħal qisu kiseb il-fiduċja sħiħa tiegħu.

De Laurentis iqis lil Gattuso bħala bniedem li għandu karattru ferm simili għal tiegħu fejn fost l-oħrajn jispikkaw il-grinta u l-persistenza sabiex dejjem itejjeb il-livell tiegħu.

Fuq kollox il-president sinonimu għall-films li jipproduċi, jemmen li hu biss Gattuso li jista’ jagħti dik il-konsistenza li l-Partenopei għandhom bżonn.

L-ex coach ta’ Pisa u Milan iffirma kuntratt sa Ġunju 2021 iżda rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li dan il-ftehim jista’ jiġi aġġornat.

Fil-preżent Napoli jinsabu fis-sitt post tal-klassifika tas-Serie A  u disa’ punti bogħod mir-raba’ team Atalanta.

Share With: