Bernard Gonzalez jikkommetti suwiċidju wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus

Il-pandemija tal-coronavirus għandha l-ewwel fatalità tal-football tagħha, meta mediku tal-club Franċiż, Stade de Reims, il-Professur Bernard Gonzalez, ikkommetta suwiċidju wara li rriżulta pożittiv għal Covid-19. Ir-rapporti f’Le Parisien ġew ikkonfermati fi stqarrija mill-club ta’ Ligue 1.

Il-Professur Gonzalez kellu 60 sena, kien ilu jaħdem għall-club għal aktar minn 20 sena u kien irrappurtat li kemm hu kif ukoll martu rriżultaw pożittivi.

Huwa ħalla nota dettaljata ta’ suwiċidju li fiha jispjega li huwa neħħa ħajtu stess minħabba li kien qiegħed isofri bil-coronavirus.

“Il-kliem ifalluni, ninsab stordut,” kiteb il-president ta’ Reims, Jean-Pierre Caillot.

Dan jagħmel lil Gonzalez l-ewwel membru ta’ club ta’ football professjonali li jmut wara li ġie nfettat bil-coronavirus, għalkemm kien hu li neħħa ħajtu b’idejh.

Share With: