Blaise Matuidi jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Il-midfielder internazzjonali Franċiż, Blaise Matuidi, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus għal staġun ieħor.

Minkejja li Matuidi kien qed jiġid segwit minn bosta clubs huwa għażel li jibqa’ mal-Bianconeri sa Ġunju 2021.

Fil-veritá, Matuidi kien iffirma dan il-kuntratt fi Frar li għadda imma minħabba li huwa kien ittestja pożittiv għall-coronavirus flimkien mal-kollegi, Daniele Rugani u Paulo Dybala, ma kien tħabbar xejn dwar dan it-tiġdid.

Blaise sostna li huwa jinsab kuntent li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex issa jista’ jibda jikkonċentra fuq il-wirjiet tiegħu ladarba jerġa’ jintlagħab il-football.

Share With: