Boris Johnson jiddaħħal l-isptar minħabba li s-sintomi tal-coronavirus għadhom persisteni

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson iddaħħal l-isptar għal testijiet, għaxart ijiem wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Kelliemi għall-Prim Ministru qal li Johnson, li għandu 55 sena, “għadu qed juri sintomi persistenti tal-virus”.

Il-kelliemi żied jgħid li d-deċiżjoni li Johnson jiddaħħal l-isptar kienet waħda prekawzjonali fuq parir tat-tabib personali tal-Prim Ministru.

Intant Johnson irringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) għall-ħidma sfiqa tagħhom. Dan filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex ikomplu josservaw id-direttivi tal-Gvern biex jibqgħu fi djarhom, jipproteġu lill-MHS u jsalvaw il-ħajjiet ta’ persuni oħrajn.

Share With: