Boris Johnson jiddaħħal l-ITU wara li l-kundizzjoni tiegħu tmur għall-agħar kaġun tal-coronavirus

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson iddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li s-sintomi tiegħu tal-coronavirus komplew jiggravaw. Ikkonferma dan kelliemi għal Downin Street.

Johnson talab lis-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Dominic Raab biex ikun id-deputat mexxej fejn ikun hemm il-ħtieġa.

Il-Prim Ministru Brittaniku, li għandu 55 sena, ġie rikoverat fl-Isptar St Thomas f’Londra lbieraħ kaġun ta’ sintomi persistenti.

Intant stqarrija kienet tgħid li l-kundizzjoni ta’ Johnson illum waranofsinhar marret għall-agħar u fuq parir tat-tim mediku , huwa ddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar.

Johnson inizjalment ittieħed l-isptar għal testijiet ta’ rutina wara li għaxart ijiem ilu rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Is-sintomi tiegħu kienu jinkludu deni u sogħla.

Share With: