Bosta tkeċċijiet u qtugħ fil-pagi tal-ġurnalisti fl-Indja minħabba l-COVID-19

Miktub Minn Melvin Farrugia

Il-konsegwenzi ekonomiċi tal-COVID-19 ħolqu kriżi bla preċedent għall-industrija tal-midja fl-Indja. Dan qed iwassal għal telf ta’ eluf ta’ impjiegi, qtugħ fil-pagi u ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema. 

Għaldaqstant, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, flimkien mal-affiljati tagħha – l-Unjin tal-Ġurnalisti Indjani (IJU) u l-Unjoni Nazzjonali tal-Ġurnalisti (India) qegħdin jinvestigaw l-istat tal-industrija fid-dawl ta’ dawk li qed jiġri fl-aħħar jiem u għandhom iwasslu r-riżultati tal-investigazzjoni f’qasir żmien. 

Intant, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti kkonfermat li tkeċċew 15-il persuna minn man-News Nations Network, filwaqt li t-Times of India u The Quint ukoll jidhru li telqu l-ġurnalisti tagħhom. Jidher li din tal-aħħar talbet lill-impjegati tagħha biex joħorġu fuq leave indefinit bla ħlas. 

Filwaqt li bosta tterminaw lill-ħaddiema, oħrajn naqqsulhom il-paga b’60%.

Share With: