British Airways se tissospendi 36,000 impjegat minħabba l-coronavirus

Il-linja tal-ajru British Airways mistennija tħabbar li se tkun qed tissospendu lil madwar 36,000 impjegat kaġun tal-pandemija tal-coronavirus.

Il-linja tal-ajru, li aktar kmieni din il-ġimgħa, issospendiet it-titjiriet kollha tagħha, ilha għaddejja bid-diskussjonijiet mal-unjin tal-ħaddiema għal aktar minn ġimgħa.

Jidher li taħt il-ftehim li ntlaħaq 80% tal-impjegati ta’ British Airways se jkunu qed jitpoġġew fuq leave ta’ assenza, madankollu l-linja tal-ajru mhijiex mistennija li tkeċċi ħaddiema.

Il-ħaddiema kollha affettwati se jkunu qed jiċievu parti mis-salarju tagħhom mill-iskema mħabbra mill-Gvern Brittaniku biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi f’dan il-mument. L-iskema se tkun qed tkopri 80% tas-salarju sa massimu ta’ £2,500 fix-xahar.

L-industrija tal-avjazzjoni ntlaqtet b’mod negattiv ħafna mill-pandemija tal-coronavirus hekk kif aktar pajjiżi imponew restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. 

Share With: