Carlo Pinsoglio l-akbar ħabib ta’ CristianoRonaldo

Il-goalkeeper ta’ riserva ta’ Juventus, Carlo Pinsoglio, huwa l-akbar ħabib ta’ Cristiano Ronaldo. Minkejja li dan il-goalkeeper ftit ikollu ċans jilgħab hekk kif Wojciech Szczesny u Gianluigi Buffon normalment jgħassu l-lasti Juventini, Pinsoglio jidher li jingwalaha sew mal-attakkant internazzjonali Portugiż minħabba li għandhom l-istess gosti fl-ikel u anke f’bosta affarijiet oħra.

Hekk kif bħalissa Ronaldo jinsab f’Madeira, huwa bagħat personalment l-awguri tiegħu lil Pinsoglio li għadu kemm għalaq 30 sena. Huwa qallu li fi tmiem il-ġimgħa li ġej huwa se jivjaġġa lejn l-Italja biex jingħaqad mal-iskwadra fit-tentattiv li jkomplu s-sessjonijiet ta’ taħriġ taħt il-gwida tal-coach Maurizio Sarri.

Share With: