Claudio Lotito jibqa’ jinsisti fuq it-taħriġ ta’ Lazio

Il-president ta’ Lazio, Claudio Lotito, sostna li l-players ta’ Lazio m’għandhomx ikollhom problemi ta’ saħħa u sigurtá li kieku jitħarrġu fiċ-ċentru tekniku ta’ Formello. Il-president tal-Biancocelesti għandu x-xewqa li l-players jerġgħu jibdew it-taħriġ taħt il-gwida tal-coach Simone Inzaghi wara li issa ilhom weqfin għal xahar sħiħ.

Lotito qal li ladarba jibdew it-taħriġ tagħhom, huma jieħdu ħsieb li jnaddfu u jiddiżinfettaw il-post sabiex ma jinxtered l-ebda mikrobu.

Lejn l-aħħar tax-xahar l-ieħor, l-assoċjazzjoni tal-players professjonali Taljana wissiet li jekk ikun hemm club li jġiegħel lill-players jinżlu għat-taħriġ kontra l-volontá tagħhom se jkunu qed jieħdu azzjonijiet kontra l-kapijiet rispettivi.

Minkejja kollox, Lotito ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jikteb u jitkellem dwar il-ħtieġa li kulħadd jibda jirritorna għat-taħriġ filwaqt li xorta josservaw il-kriterji kollha meħtieġa sabiex jaċċertaw is-saħħa u s-sigurtá tal-players fl-iskwadra.

Share With: