Coronavirus: Rustu Recber f’kundizzjoni kritika
L-ex goalkeeper internazzjonali Tork, Rustu Recber, jinsab f’kundizzjoni kritika wara li ġie infettat bil-coronavirus u jinsab rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar fit-Turkija.
F’kumment li ħalliet fuq Instagram, martu Isil, dehret imbikkma speċjalment kif żviluppawlu s-sintomi f’daqqa.
Minnufih saru t-testijiet kemm lilha kif ukoll liż-żewġt itfal tagħhom iżda t-test ħareġ negattiv.
Diversi segwaċi tal-football Tork, partikolarment dawk ta’ Fenerbache u Besiktas, awguraw fejqan ta’ malajr lill-istess Recber. L-eks goalkeeper ta’ Fenerbache u Barcelona illum il-ġurnata għandu 46 sena u fil-karriera tiegħu lagħab 120 darba għal pajjiżu. Hu rtira fis-sena 2012.