Covid-19: Gianni Infantino jitkellem fuq football differenti

Il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, qal li meta jerġa’ jibda wara li tgħaddi l-pandemija tal-coronavirus, il-football se jkun “totalment differenti”. Huwa tkellem dwar kompetizzjonijiet iżgħar, iżda aktar sinjifikanti, aktar bilanċ u football li qed “joqgħod aktar attent għall-valuri veri.”

Infantino għadu ma daħalx f’aktar dettalji u xi wħud jistgħu jiddubitaw il-kredenzjali tiegħu f’din il-kwistjoni: bħala president tal- FIFA huwa żied it-Tazza tad-Dinja minn 32 għal 48 team u, fir-rwol preċedenti bħala segretarju ġenerali tal-UEFA, mexxa l-inugwaljanza finanzjarja dejjem tikber fil-football Ewropew.

Iżda, meta twarrab dak, kif jista’ jidher futur bħal dan?

Taħditiet u laqgħat riċenti pprov­dew xi ħjiel dwar x’jista’ ikun hemm fil-futur. Dawn huma xi possibbilta­jiet:

INQAS, IŻDA WAQFIEN ITWAL GĦAL-LOGĦOB INTERNAZZJONALI

Il-logħbiet internazzjonali jintlagħbu f’bosta waqfiet qosra li huma meqjusa minn uħud bħala intrużjoni mhux mixtieqa fl-istaġun tal-clubs.

Alternattiva tkun li tikkonċentrahom f’wieħed jew f’żewġ waqfiet itwal kull staġun.

Dan jagħti aktar ħin lill-coaches tat-timijiet nazzjonali biex iħarrġu l-iskwadri tagħhom, li mbagħad jistgħu jtejbu l-kwalità tal-logħbiet – spiss imqabbla mhux favorevolment mal-logħob tal-clubs – u jistgħu jnaq­qsu l-ivvjaġġar fuq distanzi twal għall-players.

Sadanittant, hemm sentiment dejjem akbar li t-Tazza tan-Nazzjo­nijiet Afrikani u l-CONCACAF Gold Cup għandhom isiru kull erba’ snin minflok tnejn.

IT-TISĦIĦ TAL-FOOTBALL TAL-CLUBS FUQ IL-ĦAMES KAMPJONATI KBAR

L-iktar proġett ambizzjuż ta’ Infantino huwa li “iġib mill-inqas 50 team nazzjonali u 50 club mill-kontinenti kollha għal-livell kompetittiv l-aktar għoli.”

Il-FIFA tittama li tagħmel dan billi tniedi programm ġdid ta’ żvilupp globali u kompetizzjonijiet globali ġodda bħall-24 team tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, li kellha tibda fl-2021 iżda ġiet posposta minħabba l-coronavirus.

“Għandna bżonn 50 clubs li jistgħu jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, mhux biss ħames jew sitta Ewropej. U 20 minn dawn il-50 se jku­nu Ewropej, li hija aħjar mill- ħamsa jew is-sitta tal-lum,” qal Infantino.

KAMPJONATI BEJN IL-FRUNTIERI

Il-kampjonati li jaqsmu l-frun­tieri, li s’issa qatt ma ġew approvati mill-FIFA, jistgħu jgħinu billi jagħtu aktar opportunitajiet ta’ tkabbir lill-clubs limitati minn swieq interni żgħar.

Aktar kmieni din is-sena, Infantino nnifsu ppropona kampjonat Pan-Afrikan b’20 team li qal li jista’ jagħti ċans lill-clubs jikbru u jħeġġeġ lill-players Afrikani jibqgħu fil-kontinent aktar milli jmorru lejn l-Ewropa.

Regolamenti ġodda dwar it-trasferimenti, li bħalissa qed jinħadmu, jistgħu jgħinu wkoll jekk jirnexxielhom jillimitaw il-miżati astronomiċi – anke l-players internazzjonali med­ji bħalissa mhumiex impossib­bli għall-biċċa l-kbira tal-clubs Afrikani u tal-Amerika t’Isfel – u jipprevjenu l-clubs il-kbar milli jak­kumulaw il-players.

FORMATI TA’ KOMPETIZZJONI ĠODDA

Biex tara kif jistgħu jidhru l-formati ġodda, bħall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-CONCACAF għall-2022, li għandhom sistema mhux daqstant konvenzjonali, joffru prevista estensiva.

It-35 team huma maqsuma f’żewġ taqsimiet, skond ir-rankings tagħ­hom tal-FIFA. L-aqwa sitt timijiet klassifikati fir-rankings jieħdu sehem f’kampjonat żgħir – il-Hexa­gonal – fejn l-ewwel tlieta jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja.

Id-29 team li jifdal ġew mibgħuta fit-taqsima ta’ dawk issidjati baxxi li jkunu maqsuma fi tmien gruppi, segwiti minn fażi eliminatorja mar- rebbieħa eventwali biex jiltaqgħu fi play-off mat-team fir-raba’ post mill-Hexagonal. Ir-rebbieħa ta’ din il-logħba jgħaddu għall-play-off inter-kontinentali.

“Dan il-format ġdid jagħmel lil kull partita kompetittiva tgħodd,” qal il-president tal-CONCACAF, Victor Montagliani – għalkemm fuq kollox tista’ titqies bħala nġusta ħafna fuq timijiet li jitilfu bi ftit fil-He­xagonal.

Sadanittant, il-UEFA Nations League wriet suċċess mhux mistenni peress li tpoġġi timijiet kontra avversarji tal-istess livell fi gruppi żgħar – kuntrarju għall-kompetiz­zjonijiet li jikkwalifikaw fir-reġjun li jikkonsistu fi gruppi notorjament minfuħa, gruppi żbilanċjati u ħafna logħob ixaqleb fuq naħa waħda.

Fuq il-front domestiku, 22 mill-54 kampjonati tal-Ewropa issa jużaw varjetà ta’ sistemi ta’ play-off, minflok format konvenzjonali, biex jevitaw li timijiet jiġru bit-titlu.

DIVIŻJONIJIET TA’ FUQ IŻGĦAR, FTIT TOURNAMENTS TAT-TAZZI

Fil-livell tal-club, il-European Club Association (ECA) ħafna drabi tkellmet dwar it-tnaqqis tad-daqs tal-ewwel diviżjonijiet li jinkludu sa 20 team f’bosta pajjiżi kbar.

Li taħsad it-tazzi domestiċi tista’ tkun proposta attraenti f’pajjiżi bħall-Italja, fejn il-Coppa Italia hija ddisinjata b’mod attiv biex tevita s-sorpriżi, iżda inqas f’pajjiżi oħra fejn għadhom meqjusa bħala ċans għat-teamijiet inferjuri biex jagħmlu rebħiet fuq il-ġganti.

LIMITU TA’  LOGĦBIET GĦALL-PLAYERS IŻDA MHUX GĦALL-CLUBS?

Idea radikali li ġiet diskussa mill-FIFPRO kienet li tillimita n-numru ta’ logħbiet li l-players jistgħu jilagħbu fi staġun –  iżda mhux għall-clubs. Dan biex jippermetti li l-clubs il-kbar jilagħbu s-sena kollha u jmorru fuq tours ta’ qligħ kbir barra l-pajjiż, għalkemm l-ammont ta’ rotazzjoni tal-iskwadra li jkun meħ-tieġ jista’ jiżvolġi ta’ uġigħ ta’ ras għall-coaches rispettivi.

Share With: