Cristiano Ronaldo u sħabu jagħtu donazzjoni lil clubs amateurs Portugiżi

L-attakkant ta’ Juventus Cristiano Ronaldo u l-kollegi tiegħu fl-iskwadra tat-team nazzjonali Portugiż taw donazzjoni ta’ flus lil  clubs tad-dilettanti f’dan il-pajjiż biex ikomplu għaddejjin wara li tispiċċa fix-xejn il-kriżi tal-Coronavirus. 

Il-players Portugiżi rċevew bonus mill-assoċjazzjoni tal-pajjiż wara li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-Kampjonat Ewropew li kellu jintlagħab matul dan is-sajf u li se jsir is-sena d-dieħla.

Il-federazzjoni tal-football Portugiża ħarġet stqarrija biex tgħid li l-players qed iwarrbu s-somma ta’ €4.7 miljun biex jagħtuha lill-club amateur li jħobbu verament il-logħba tal-football u li sabu diffikultajiet finanzjarji minħabba li mhux qed isibu sponsors. 

Min-naħa tagħha, l-assoċjazzjoni tal-football tad-dilettanti fil-Portugall irringrazzjat lill-players għal dan il-ġest sabiħ.

Share With: