Del Piero u Paulo Dybala jitkellmu permezz ta’ Skype

Wara li kien hemm diskursata partikolari permezz ta’ Skype bejn l-attakkant ta’ Inter Romelu Lukaku u l-ex player Brażiljan Adriano,  kien hemm oħra ferm interessanti bejn il-midfielder offensiv ta’ Juventus Paulo Dybala u l-ex leġġenda Alessandro del Piero li ntlagħqet ferm tajjeb.

Anke hawn kien hemm tifħir bla limitu bejn il-player tal-preżent lejn dak tal-passat fejn Dybala faħħar ħafna l-kwalitajiet eċċezzjonali li kellu Del Piero b’mod partikolari l-freekicks li kien jiskorja. Il-player Arġentin qal li dejjem qed jipprova jirfina din it-teknika filwaqt li qal li hu ferm importanti li titħarreġ.

Min-naħa tiegħu Del Piero qallu biex jibża’ sew għall-flokk numru 10 li libsuh players leġġendarji bħal Michel Platini u Roberto Baggio.

Dybala qal li se jagħmel minn kollox biex jonora n-numru ta’ dan il-flokk bil-wirjiet tajbin li jixtieq ikompli jipproduċi.

Share With: