“Din ommi li baqgħet ħajja mill-bumbardamenti ta’ Hitler, operazzjonijiet serji u issa ħelset mill-COVID19”

Inewsmalta titkellem ma’ Maria Stella, Maltija li tgħix fir-Renju Unit

Minn VICTOR VELLA

“Din li qed taraw hi ommi. Għandha 86 sena.  Din hi l-omm li rnexxielha tibqa’ ħajja fil-bumbardament ta’ Hitler fit-Tieni Gwerra Dinjija. Mhus biss. Baqgħet ħajja f’operazzjoni serja tal-qalb. Għamlet żewġ operazzjoni ta’ bdil ta’ irkoppa, u żewġ operazzjonijiet ta’ tibdil fil-ġenbejn.  Ftit jiem ilu għaddiet minn oħra.  Ġiet iċċertifikata li kienet qed tbati mill-Coronavirus. Għamlet ġimgħa fil-kura instensiva.  Issa ġiet dikjarata li ħelset mill-Coronavirus ukoll. Dawn huma l-istejjer li jagħtu tama lin-nies”.

Dan iddikjarah Richard Briley, residenti fil-belt ta’ Nottingham fir-Renju Unit.  Ir-Renju Unit, bħalissa jinsab għaddej ukoll minn diffikultajiet li qed joħloq il-Coronavirus, b’għadd kbir ta’ pazjenti infettati u għadd kbir ta’ imwiet.

Tkellimna ma’ Maria Stella, Maltija li tgħix fir-Renju Unit. Mitluba tikkumenta dwar is-sitwazzjoni fir-Renju Unit hi qaltilna li “ilni erba’ ġimgħat magħluqa ġewwa waħdi.  Kieku ma kellix it-tifel li joqgħod madwar għaxar minuti biss bogħod, kienu lanqas niekol ma jien qiegħda. Ma nistax noħroġ barra.”

“Il-ġurnata nqattagħha nara t-televiżjoni. Jew nisma’ r-radju. Nara anke dawk ta’ Malta.”

Inkellem lit-tifel minn wara l-ħġieġa jew b’vidjo fuq messenger

Maria Stella tgħidilna li “it-tifel qed iġibli ix-xirjiet.  Inkellmu minn wara l-ħġieġ. M’hemmx x’tagħmel la spiċċajna f’din is-sitwazzjoni. Inkellmu fuq messenger ukoll. Fir-Renju Unit għandna sitwazzjoni tal-biża. Kuljum qed imutu mijiet hawn. Tal-biża”.

Il-każ ta’ Barbara Briley ta’ 86 sena

Binha, jirrakkonta kif il-problemi għal Barbara Briley bdew fi Frar. Hi waqgħet u kisret il-kustilja.  Għamlet il-fiżjoterapija f’ċentru ta’ rijabilitazzjoni. Ġara iżda li reġgħet waqgħet u kellha ksur ieħor.  Iddaħħlet mill-ġdid fl-isptar u l-kundizzjoni tagħha xejn ma kienet tajba. Biex ikomplu jikbru l-problemi, hi ġiet ċertifikata li kienet qed tbati mill-Coronavirus. Minħabba l-kundizzjoni tagħha it-tobba ħarġu dik l-ordni biex titħalla tmut għax ma kienx hemm x’tagħmel aktar.”

In-neputijiet tagħha, kienet mkissrin b’dan. Meta telqu mill-isptar huma kienu qed jistennew dik it-telefonata li ttihom l-aħbar il-ħażina. 

“Dak li ġara wara ma kienx miraklu. Dak li seħħ ġara bid-dedikazzjoni tat-tobba u l-infermieri” jisħaq in-neputi James. Barbara irnexxielha tirkupra mill-Coronavirus u bdiet taqleb għall-aħjar.  

Mhux soltu nikkummenta imma din okkażjoni mhux tas-soltu

In-neputi tagħha, James Gabriel, jitkellem b’mod ċar ħafna dwar nanntu u dak li għaddiet minnu. Jgħid li “jien mhux normali nikkummenta. Imma nannti, ingħatat l-aħbar li hi ħielsa mill-Coronavirus. Qed tirkupra tajjeb minn ksur. Dawn huma stejjer li f’dan il-mument jagħtu tama lin-nies. Xandruhom”.

Share With: