Diżinfettati mat-12,000 kilometru ta’ bankini

Ħaddiema tal-Gvern iddiżinfettaw s’issa xejn inqas minn 12,000 kilometru ta’ bankini biex iżommu ż-żoni pubbliċi kemm jista’ jkun ħielsa mill-coronavirus.

Dan is-sit tkellem ma’ Ramon Deguara, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, dwar il-ħidma li qed jagħmlu madwar il-pajjiż. Deguara spjegalna li s’issa l-100 ħaddiem involuti f’dan it-tindif daru 54 lokalita u wżaw nofs miljun litru ilma mħallat b’kimika apposta. Fost il-ħasil li sar kien hemm dak ta’ 500 ‘bus shelter’, ‘street furniture’, pjazez kif ukoll quddiem spiżeriji, polikliniċi u supermarkets. 

Huwa semmilna kif f’lokalitajiet popolari u frekwentati bħal-Belt, Tas-Sliema, San Ġiljan, Raħal Ġdid kif ukoll f”bus stops’ frekwentati ta’ spiss bħal dawk ta’ Bieb il-Bombi u l-Blata l-Bajda t-tindif isir kuljum.

Share With: