Ebda Covid-19 fiċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li fiċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa m’hemm ebda persuna li għandha l-Covid19.

Waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo dwar kemm saru testijiet f’dan iċ-ċentru, Fearne spjega kif b’kollox saru 20 test li kollha rriżultaw fin-negattiv.

Mistoqsi mill-istess deputat għaliex  f’pajjiżi oħra qed jiżdiedu t-testijiet għall-Covid19 u f’pajjiżna qed jonqsu b’50%, Fearne wieġbu li fl-aħħar 24 siegħa l-‘swab tests’ żdiedu b’53% fuq l-24 siegħa ta’ qabel.

Share With: