Fatih Terim joħroġ mill-isptar

Il-coach ta’ Galatasaray, Fatih Terim, ħareġ mill-isptar wara li inżamm għal madwar ġimgħa jbati minn sintomi tal-coronavirus. Huwa se jkompli l-kwarantina tiegħu d-dar fejn se jkun jista’ jistrieħ bit-tama li jkompli jaqleb għall-aħjar.

F’messaġġ li kiteb fuq il-profil tiegħu fuq Instragram, l-ex coach ta’ AC Milan u Fiorentina irringrazzja mhux biss lit-tobba u infermiera li daru bih bl-aħjar mod possibbli iżda wkoll lill-partitarji kollha ta’ Galatasaray u anke dawk li mhumiex li bagħtulu diversi messaġġi ta’ inkoraġġiment.

Terim qal li dak li kellu ma kienx ċajta minħabba li ħass qtugħ tan-nifs qawwi u mill-ewwel ċempel biex jagħmel is-swabbing test.

Il-coach ta’ 66 sena jittama li l-istaġun ikun jista’ jkompli biex ikompli jgħin lil Galatasaray fl-objettivi staġjonali tagħhom.

Share With: