Football Leaks: Rui Pinto rrilaxxat mill-ħabs iżda jibqa’ arrestat f’daru

Rui Pinto, il-moħħ wara s-sit elettroniku Football Leaks, li qed jistenna li jiġi investigat għal attentat ta’ rikatt fil-Portugall, jinsab arrestat f’daru wara li ġie rilaxxat mill-ħabs.

L-avukati ta’ Pinto ikkonfermaw li l-Portugiż ta’ 31 sena issa huwa suġġett għall-arrest f’daru u huwa sanzjonat milli juża l-internet, wara li qatta’ iktar minn sena fil-ħabs ta’ Lisbona.

L-avukati, Francisco Teixiera da Mota u William Bourdon, qalu li Pinto huwa whistleblower Ewropew importanti ħafna. Huwa pprovda evidenza li waslet biex Manchester City jiġu sanzjonati miċ-UEFA Champions League filwaqt li l-club ġie misjub li serjament żgwida lill-UEFA u kiser ir-regolamenti tal-Financial Fair Play, liema deċiżjoni huma appellaw fil-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport.

Huwa pprovda wkoll evidenza għal numru ta’ investigazzjonijiet li jirrigwardjaw evażjoni ta’ taxxa u korruzzjoni fil-football fost oħrajn.

L-avukati sostnew: “Id-difiża ta’ Rui Pinto tilqa’ din id-deċiżjoni u temmen li iktar miżuri għandhom jiġu meħuda għall-ħelsien tal-klijent tagħna.”

Pinto ġie estradit mill-Ungerija, f’Marzu tal-2019, talli allegatament ipprova jagħmel rikatt lill-fond ta’ investiment. L-avukati tiegħu kienu fetħu kawża quddiem il-Kummis­sjoni Ewropea rigward inkonistenzi fl-arrest oriġinali li kien akkuża lil Pinto b’sitt offiżi qabel dawn żdiedu għal 147 waqt li huwa kien intbagħat il-ħabs. Dawn ġew imnaqqsa għal 90 fil-bidu ta’ Frar. Huwa jista’ jeħel sa massimu ta’ 30 sena ħabs jekk jinstab ħati.

Pinto ssuplixxa madwar 70 miljun dokument u 3.4 terabytes ta’ informazzjoni fosthom dokumenti tat-taxxa u emails personali minn uħud mill-aktar figuri influwenti tal-isport lill-awtoritajiet fi Fanza u l-Belġju u riċentemenet ġie riko­noxxut bħala s-sors ta’ Luanda Leaks, li żvelaw l-ħidmiet interni tal-imperu ta’ kummerċ tal-aktar mara sinjura fl-Afrika, Isabel dos Santos.

Share With: