Francesco Bertini: Players iridu xahar biex jiġu f’posthom fiżikament

It-trainer li jieħu ħsieb l-aspett fiżiku tal-players ta’ Brescia, Francesco Bertini, qal li min qed jaħseb li l-football fl-Italja se jibda dalwaqt, sejjer żbaljat.

Bertini, li ilu b’dan ir-rwol importanti ma’ Brescia sa mill-5 ta’ Frar li għadda, qal li hu ġenn tal-moħħ min jaħseb li l-players se jieħdu 15-il ġurnata sakemm jirkupraw fiżikament.

Bertini sostna li l-players iridu minn tal-inqas xahar sakemm jiġu fl-aqwa forma fiżika meta tqis li ħafna minnhom ilhom ma jitħarrġu sew għal aktar minn xahar.

Il-preparatur fiżiku ta’ 53 sena qal li hi ironija li hemm min qed jaħseb li l-players mis-sufan tad-dar se jitilqu jiġru u appella lid-diriġenti u l-ogħla awtoritajiet sabiex jikkalmaw f’dak li jgħidu.

Share With: