Futur Taljan għal Antoine Griezmann?

Juventus u Inter se jkunu qegħdin f’taqtiegħa bejniethom sabiex jippruvaw jakkwistaw lill-attakkant ta’ Barcelona Antoine Griezmann. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ngħaqad mal-Blaugrana fil-bidu ta’ dan l-istaġun mingħand Atletico Madrid iżda naqas milli jimpressjona lid-diriġenti tal-club minkejja li skorja tmien goals f’26 partita.

Is-sensazzjoni ewlenija hi dik li l-player Franċiż ma rnexxielux jambjenta ruħu sew fil-Katalunja u jista’ jabbanduna lil dan il-club aktar kmieni milli mistenni.

Inter jidhru favoriti li jiksbu lil dan il-player għalkemm id-direttur sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici, għandu mħejji xi tip ta’ pjan interessanti.

Share With: